Imaġina li jkollok tiffaċċja il-fatt li t-tfal tiegħek ma jistgħux jaqraw l-istruzzjonijiet fi ktejjeb, jgħatu daqqa t’għajn lil ktieb jew artiklu f’gażżetta jew jifhmu is-sinjali tat-toroq jew kif jidħlu l-internt jew jaqraw l-istruzzjonijiet fuq kaxxa tal-pilloli. Xi bicca xogħol bħal din tkun diffiċili ħafna għal dawk in–nies li baqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom għal xi raġunijiet.
Minn faqar fil-familija, jew għax familija għandha genitur wieħed kif ukoll ċirkustanzi globali bħal pandemija COVID-19. Insemmu wkoll kif l-inkwiet bejn il-mizzewġin jew f’relazzjonijiet ohra iwassal għal nuqqas ta’ finanzi min parti mill- imsieħba kif ukoll il-viloenza domestika. Il-problema tan-nuqqas ta’ qari sew fil-kbar kif ukoll fiż-żgħar taffetwa ħażin lill-dawk vulnerabli fill-ħajja ta’ kulljum.
F’Malta u Għawdex sew kbar kemm tfal li ma jafgħux jaqraw għandhom problem serji mhux biss għax ma jafgħux jużaw l-ergħa mfietaħ
lingwistiċi- iġifiri titkellem, tismgħa, taqra u tikteb sew bil-Mati, u bl-Ingliż. Imma wkol meta jiġu biex jużaw l-għodda li t-teknoloġija moderna tagħtina għal skopijiet edukattivi jew biex nagħmlu xogħol ta kulljum.
Il- Kapaċitajiet li tuża il-Komputer u l-użu tal- ingliż immoru flimkien fid-dinja tal-lum – saqsi ftit lill-dawk in-nies li jitkellmu lingwi oħra barra l-Ingliż biex jgħidulek kemm nefqu flus biex jitgħallmu jużaw sewwa waħda mill-aqwa lingwi internazzjonali.
L- Istatistika dwar il-qari f’ Malta turina stampa li fil-waqt li inkoraġanti tista titġieb. Fil waqt li fost in-nisa ta bejn 15 u 24 fis-snin 2001 u 2012 kien ta 99.1 % fost l-irġiel kien ftit inqas 97.5% u fost l-adulti kien iktar baxx f’dawn l-aħħar snin 94.5% kif rajna fis-sena 2018.
Għalkemm din l-aħħar ċifra rat żieda ta 7.6% min 86.9% fis-sena 1985 mhux kollox ward u zahar. Fil waqt li f’dawn l-ahhar snin l-ekonomija Maltija kienet dejjem tissaħħaħ billi fetħu numri ta’operat finanzjari u online gaming services madwar Malta dawn ġiebu għoli il- kera li kellhom quddiem wiċċhom familji bi dħul baxx.
Il-qasma dejjem tikber bejn dawk sinjuri u dawk li qabel kellhom dħul xieraq issa ġibet faqar ġdid. Naturalment kasi ta’ abbuż u vjolenza domestika komplew jikkomplikaw l-affrajiet.
Meta il-ġenitur jitħabtu biex il-familja jkolla saqaf fuq rasa u l-ikel fuq il-mejda, affarijiet important bhal l-edukazzjoni ta’ wliedhom u xiri ta’ teknoloġija moderna jiġi abandunati.
Ta’ min isemmi l- istrateġija nazzjonali tal-qari li d- Departiment tal- Edukazzjoni ħabbar bejn 2014 u 2019. Fil-waqt li l-Ħsieb tal Ministeri ta’min ifaħħru il-programme nazzjonali forsi ma laħaqx lill-dawk il-membri tas-soċjeta l-iżjed bagħtuta. Il-projett ta’ FIDEM irrid jimla dan il-vojt.
Mal ħafna servzzi li FIDEM toffri dawk żvantaġġati fis-socjeta bhal għajnuna għal shelters ħlas għal programmi edukattivi u komputers kif ukoll helpline għal sapport psikoloġiku waqt il COVID-19.
Issa għandna iniziativa ġdida We Connect immirata għal dawk li huma għal xi raġuni jew oħra zvantaġġati fis–societa Maltija noffrulhom fost l-ohrajn l-opportunita li jitgħalmu l-Ingliż mill bidu nett. Meta nagħtu lill-dawn l-opportunita li jiksbu għodda daqshekk importanti mhux biss tiġdiedlhom il-fiduċija fihom infishom imma tibdilhom f’membri utili tas-soċjieta u tgħinhom biex jimxu l-quddiem skond il-kapaċitajiet tagħhom.
Per eżempju, adulti li jitgħallmu jaqraw, aktar ikunu jistgħu iħeggu lit-tfal tagħhom biex jaqraw u jiktbu kif ukoll jippruvaw jifhmu struzzjonijiet, avviżi u sinjali. Minn barra dan il-ġenituri issa jkunu jistgħu isibuha iktar faċili jsibu post f’dawn iż-żminijiet inċerti minn barra li jgħinu lit-tfal biex javanzaw fl-iskola.
Meta dawn in-nies sfortunati javanzaw fil-qari jkunu jistgħu japprezzaw l-arti u l-Kultura . Bħal iniziattivi oħra li FIDEM ħabbret We Connect temmen fi-idea fundamentali li l-edukazzjoni tkabbar mhux biss il-fiduċja fik innifsek u żvilupp intelletwali imma fl-aħħar mill-aħħar iġibek aktar kuntent u sudisfatt żewġ elementi importanti ħafna speċjalment f’dawn iż-żmienijiet li qegħdin jidbidlu minn jum għal ieħor.